minn frans ghirxi

Mill-Parlament: F’Ta’ Barkat u lil hinn minnu

Illum se noħroġ ’il barra mir-rutina. Din il-paġna dejjem ibbażajtha f’intervista mal-Interpel-lant tal-Mistoqsija Parlamentari riprodotta fiha. Illum se nibbażaha f’in-tervista ma’ Deputat li fis-Seduta meta nqraw il-mistoqsija u t-tweġiba mogħtija għaliha, għamel sensiela ta’ mistoqsijiet supplimentari. Qed nirreferi għad-Deputat Laburista Joe Mizzi, li huwa wkoll il-Whip tal-Grupp Parlamentari Laburista.

Il-Mistoqsija Parlamentari
• L-ONOR. NOEL FARRUGIA staqsa lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-volum ta’ drenaġġ ġenerat f’pajjiżna matul dawn l-aħħar ħames snin, sens b’sena għal dak li huwa domestiku, agrikolu u industrijali?
12/12/2011
ONOR. TONIO FENECH: Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ma żżommx din it-tip ta’ statistika.
Seduta 439
25/01/2012

Kollox beda minn dikjarazzjoni ċara fil-Parlament mill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-In-vestiment, Tonio Fenech dwar l-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ f’Ta’ Barkat. Il-Ministru Fe-nech, li kien qed iwieġeb Mistoqsija Supplimentari fil-Ħin allokat għall-Mistoqsijiet Parlamentari qal bl-aktar mod ċar li l-proġett tat-tisfija tad-drenaġġ Ta’ Barkat illum infetaħ.
Wara dak kollu li żviluppa fil-Parlament b’riżultat ta’ dik id-dikjarazzjoni, illum ngħid li ċara kemm hi ċara d-dikjarazzjoni tal-Ministru, huwa qagħad attent ħafna li fit-twe-ġiba tiegħu ma jikkwalifikax il-kelma INFETAĦ.
Imma kien kliem ċar biżżejjed biex id-Deputat Labu-rista Joe Mizzi jinżel bħal seqer fuq il-Ministru Fenech b’baraxx ta’ mistoqsijiet im-sejsa fuq affarijiet li jindikaw ferm sew li f’Ta’ Barkat u lil hinn minnu mhux kollox miexi kif għandu jimxi.
Kien għalhekk li għal din il-ġimgħa għażilt li nitkellem mad-Deputat Joe Mizzi, bil-għan li mingħandu nsiru nafu aktar dwar din il-kwistjoni. Kwistjoni li għalkemm forsi mhux mitkellem dwarha daqs kemm jixirqilha, niżbaljaw ferm jekk ma nagħtuhiex l-importanza li jixirqilha. Hija kwistjoni li tinvolvi saħħet in-nies.

Meta l-Ministru Fenech kien qed iwieġeb mistoqsija supplimentari preċedenti għal tiegħek qal li l-proġett tat-tisfija tad-drenaġġ Ta’ Barkat illum infetaħ. Xi ħaġa li xprunatek biex anke int tagħmel mistoqsijiet supplimentari?
Tweġiba: U żgur li nagħmel. Il-Ministru qal li l-impjant Ta’ Barkat infetaħ. Dan l-impjant, qed jaħdem kif għandu jaħdem? Is-sludge ġenerat fil-proċess qiegħed jinġarr kif għandu jinġarr? Qiegħed jintrema kif għandu jintrema? Il-vetturi li fihom qiegħed jinġarr is-sludge huma adek-wati għal dan ix-xogħol? Staqsejt dawn il-mistoqsijiet għax kulħadd jaf li minn kull fejn jgħaddu t-trakkijiet li qegħdin iġorruh qegħdin inittnu t-toroq kollha. Possibbli li ħadd ma qallu lill-Ministru li l-ġarr ta’ li sludge qed isir bi trakkijiet li normalment jintużaw għall-ġarr tal-ġebel?
L-impjant Ta’ Barkat mhux qed jaħdem kif għandu jaħdem u s-sludge li qed joħroġ minnu huwa perikoluż u qed jintrema b’mod abbużiv. Qed jitgħabba fi trakkijiet li jqattru. Biex tkompli tagħqad waħda mill-vetturi li qiegħda tintuża għall-ġarr ta’ dan il-materjal ilha sentejn bla liċenzja.

Fl-intervent tiegħek fil-Ħin tal-Mistoqsijiet Parlamentari għamilt referenza wkoll għal dawk li int sejjaħt abbużi mis-sistema tad-drenaġġ u wrejt tħassib minkejja li l-Ministru deher li kien konxju minn dak li kont qed tgħid?

Tweġiba: Bilfors nuri tħas-sib. Nitħasseb għax filwaqt li l-Ministru rrikonoxxa li kien hemm problema għax mad-drenaġġ normali kien qed ikun hemm materjal tal-annimali u anke tal-Isptar, tant li qal li kienu qegħdin jieħdu ħsieb din il-problema, ma spjegalix kif qegħdin jieħdu ħsiebha. U allura kif jista’ jkun li l-affarijiet f’dan l-impjant qegħdin isiru sewwa?

Il-Ministru pprova jagħti l-impressjoni li l-affarijiet qegħdin isiru b’mod legali. Qegħdin isiru b’mod legali meta trakk tal-ġebel li jġorr dan il-materjal huwa mgħotti bi ħmerija? Hekk għandu jinġarr is-sludge li fih materjal ġej mill-irziezet, materjal ġej mill-industrija u anke skart li ġej mill-isptarijiet?
Dak li qed isir mhux biss huwa illegali imma huwa wkoll ta’ detriment għas-saħħa. Nixtieq nara r-rapport tal-Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà biex jiċċertifikaw dawn l-affarijiet. Nixtieq inkun naf xi spezzjonijiet għamlu.

Apparti l-mistoqsijiet suppli-mentari, dwar dan il-każ kellek ukoll intervent pjuttost twil fil-Parlament, f’wieħed mill-Aġġornamenti. Fl-intervent tiegħek tlabt lill-Iskrivan tal-Kamra biex kopja tad-diskors tiegħek jingħadda lil diversi entitajiet, fosthom lid-Direttorat tal-Unjoni Ewropea f’Malta. Għaliex?
Tweġiba: Għax nemmen li dan id-Direttorat għandu l-obbligu li jara li l-affarijiet qegħdin jimxu skont id-diret-tivi tal-Unjoni Ewropea. Nem-men li għandu l-obbligu jara li dawk l-affarijiet li qegħdin marbutin bihom fl-interess tas-saħħa taċ-ċittadin u fl-interess tal-pajjiż, ikunu osservati u mhux jitkissru bl-addoċċ u qisu m’hu qed jiġri xejn. Ma dħalniex fl-Unjoni Ewropea biex inkunu membri fuq il-karta biss, imma biex intejbu l-qagħda tagħna bħala pajjiż.
Dak li qed jiġri f’Ta’ Barkat donnu waqa’ fuq widnejn torox. Il-Ministru stess fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż qal ċar u tond li kien hemm problema bid-drenaġġ tal-annimali. Il-problema għadha hemm. Flok jarmuh direttament fid-drenaġġ jagħtuhom indi-
kazzjoni fejn, jgħabbuh f’bow-ser u jarmuh hemm. Jien rajt tabella fi triq x’imkien fejn hemm id-drenaġġ. Xorta fid-
drenaġġ sejjer u sejjer fl-imp-jant Ta’ Barkat. L-awtoritajiet dan kollu jafuh.
L-iktar waħda perikoluża hija li wara li kien hemm dawn l-ilmenti, hemm ċans ukoll li parti minn dan is-sludge intrema l-baħar. M’hu veru xejn li mxejna ’l quddiem u qegħdin nieħdu ħsieb is-saħħa. M’hu veru xejn li l-affarijiet qegħdin nagħmluhom sew. Riċentement il-pompi kienu weqfin u d-drenaġġ flok mar fl-impjant Ta’ Barkat mar fil-bajja tal-Kalkara.

Akkużajt lill-Gvern li dwar dan il-każ bħal donnu qed jaħbi mill-poplu?

Tweġiba: Mhux bħal donnu, imma hekk hu. U mhux f’dan il-każ biss. Hekk ġara fil-kwistjoni tat-trab l-iswed. Kien fuq ordni tal-MEPA li l-precipitators tal-power station tal-Marsa ntfew bil-konsegwenza li dak it-tniġġis mar kollu fl-arja. Fil-Parlament il-Gvern ċaħad li l-MEPA tat dik l-ordni, biex finalment irriżulta li hekk kien.
Il-Gvern kien ikkritikat dwar dan anke minn ħdanu stess u kien hemmhekk li ħoloq il-Kumitat dwar it-Trab l-Iswed li fl-aħħar wasal biex indika li dan it-trab ġej mill-power station. Nafu s-sors mnejn hu ġej it-trab l-iswed, nafu li hu perikoluż għas-saħħa u x’għamilna dwaru? M’għamilna xejn.
Kellna mbagħd il-kwistjoni tal-merkaptan. Jien ġibt provi kif dik il-kimika ġiet distrutta b’mod abbużiv. X’ġara? L-istess Ministru li taħtu nħbew dawn l-affarijiet għamel l-inkjesta hu. L-inkjesta lesta. X’ħareġ minnha għadna ma nafux.
Li naf żgur li ġara hu li saru l-abbużi. Għax la darba ma mxejtx ma’ direttivi dwar kif għandek tiddisponi minn ċertu materjal, allura tkun ksirt il-liġi.
Issa nistennew u naraw jekk jitteħdux passi kontra min kiser il-liġi. Sadattant il-Ministru fil-Parlament qalilna li l-affarijiet mhux veru saru b’mod abbużiv.  Nistennew u naraw. Naraw ikunx hemm min jerfa’ r-responsabbiltà.

• Kuntatt mad-Deputat Laburista Joe Mizzi fuq dawn is-suġġetti jista’ jsir b’email fuq joe@joemizzi.org