Il-Hamis, 17 ta' April, 2014
Facebook Twitter iPad iPhone You Tube

Home

Arkivji

Fittex



Sezzjonijiet
Ahbarijiet Lokali
L-Editorjal
Opinjoni
Features
Rajt u Smajt
Sports
Ittri


Ahbarijiet
Il-KE għadha taħbi

minn corey formosa

Filwaqt li saħaq li qed jilqa b’mod tajjeb it-talba li għamlet l-Ombudsman tal-Unjoni Ewropea biex il-Kummissjoni Ewropea tippubblika l-ittri u d-dokumenti marbutin mar-riżenja tiegħu, l-eks-Kummissarju Ewropew Malti John Dalli qal li dwar il-każ tiegħu l-Kummissjoni għadha tippersisti fil-ħabi “għaliex għandha l-faħam miblul.”
Fit-talba tagħha, l-Ombudsman O’Reily saħqet li l-argumenti tal-Kummissjoni.....


Fi żmien Gvern Nazzjonalista... Busuttil jinjora petizzjoni ta’ 8,000 persuna

 Residenti f’Marsaskala huma urtati għall-mod preferenzjali li qiegħed juża l-kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil, mar-residenti minn nofsinhar ta’ Malta. Dan hekk kif Busuttil meta kien Membru Parlamentari Ewropew injora lmenti u tħassib tal-Iskalin f’petizzjoni ta’ 8,000 firma filwaqt li llum qiegħed jinsisti b’petizzjoni ta’ 2,000 firma fl-Ewropa.
Kelliema tal-Kumitat Kontra l-Impjant għar-Riċiklaġ&.....


Se jibda jiltaqa’ l-kumitat ta’ evalwazzjoni

Wara li fil-ġranet li għaddew għalqet is-sejħa għall-espressjoni ta’ interess għall-operat tat-trasport pubbliku f’pajjiżna, fejn b’kollox kien hemm tliet kumpaniji li ssottomettew l-interess tagħhom, u offerta oħra li waslet kif kien skada ż-żmien, issa jmiss li kumitat apposta jibda jiftaħ dawn l-offerti.
Fil-ġranet li ġejjin, il-kumitat mistenni jibda jevalwa s-sottomissjonijiet, fejn huwa mifhum li h.....


Xogħol prekarju fil-KMS

Minkejja l-ħidma li qed issir mill-Gvern biex tkun miġġielda l-problema tax-xogħol prekarju, jidher din il-pjaga għada qed tippersisti f’pajjiżna.
Din il-gazzetta hija infurmata li wieħed mill-postijiet fejn għadu jippersiti x-xogħol prekarju huwa fil-Kunsill Malti għall-Isports (KMS).
Minn informazzjoni li għandha t-TORĊA jidher li hija l-kumpanija ta’ sigurta, li topera f’dan il-Kunsill, li qed tħadd.....


“Il-kontrolluri tal-ajru jkunu jafu b’kull ajruplan li jgħaddi minn Malta”

minn melvin farrugia

“Kull ajruplan li jgħaddi mill-ispazju tal-ajru Malti jsiru jafu bih il-kontrolluri tal-ajru Maltin, li jistaqsuh għaliex ikun għaddej minn fuq pajjiżna.”
Hekk sostna kelliem għall-Ministeru tat-Turiżmu meta mitlub mit-TORĊA biex jagħti r-reazzjoni tiegħu għar-rapporti ppubblikati dwar traċċi fl-ajru li allegatament tħallew minn ajruplani u li ngħatat l-impressjoni li seta’ kien fihom xi kimika.
F.....


L-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew... 8,288 barrani jistgħu jivvutaw f’Malta

• Għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew li se ssir fl-24 ta’ Mejju li ġej se jkunu eliġibbli li jivvutaw 344,356 persuna li 336,068 huma Maltin u 8,288 barranin.
Dan jirriżulta hekk kif nhar it-Tnejn 7 ta’ April ħareġ ir-Reġistru Elettorali bil-lista tal-
ismijiet tal-persuni li għand-hom dritt jivvutaw.
Għal Malta din se tkun it-tielet darba li l-poplu se jkun imsejjaħ biex jixħet il-vot tiegħu mindu ssi.....


Għada tiġi diskussa l-mozzjoni dwar it-tagħrif fuq l-istudenti

Għada t-Tnejn il-Parlament se jiddiskuti mozzjoni mressqa mill-Oppożizjoni biex tħassar l-Avviż Legali 76 li jagħti lill-ministru responsabbli mill-edukazzjoni u xogħol id-dritt li jikseb tagħrif fuq l-istudenti.
Il-mozzjoni ġiet ippreżentata lill-Ispeaker tal-Parlament il-ġimgħa li għaddiet u tressqet mill-Kelliem Ewlieni għall-Edukazzjoni Joe Cassar, il-Kelliem dwar id-Djalogu Soċjali u l-Libertajiet Ċivili Claudet.....


L-awtiżmu huwa bħal ‘spectrum’

minn joe farrugia

F’dawn l-aħħar snin sirna nisimgħu ħafna aktar dwar l-awtiżmu. Kundizzjoni li qiegħda tiżdied madwar id-
dinja, u mhux b’inqas f’Malta.
Din il-kundizzjoni hija kkumplikata u għalhekk huwa importanti li titqajjem kuxjenza akbar ħalli niskopru aktar fuqha u tittaffa kemm tista’ tkun biex individwi li jbatu mill-awtiżmu jkunu jistgħu jgħixu ħajja ‘normali’ kemm jista’ jkun. War.....


Għada fil-Parlament il-vot dwar l-unjoni ċivili...

Għada filgħaxija madwar 650 per-suna se jidħlu l-Belt biex jiċċelebraw id-dħul tal-unjoni ċivili proprju fil-jum li fih il-Parlament mistenni japprova din il-liġi.
Il-liġi tinsab fl-istadju tat-tielet qari jiġifieri jonqos il-vot finali biex tkun tista’ tidħol fis-seħħ u dan se jittieħed għada.
Għalkemm l-unjoni ċivili tapplika anke għal relazzjoni bejn persuni ta’ sess differenti, l-i.....


Skont statistika Ewropea dwar ix-xogħol domestiku… Minn 2.6 miljun 89% kienu nisa

minn melvin farrugia

Matul is-sena 2012, fl-Unjoni Ewropea kien hawn madwar 2.6 miljun persuna li jaħdmu f’xogħol domestiku. Minnhom, il-maġġoranza kbira ta’ 89% kienu nisa.
Hekk wieġbet il-KE għal mistoqsija tal-ewroparlamentari Laburista, Claudette Abela Baldacchino filwaqt li spjegat li kienu biss ftit inqas minn 300,000 mill-ħaddiema domestiċi li kienu rġiel.
Qalet ukoll li l-ħaddiema domestiċi kienu kkonċentrati l-aktar fl-Italja.....




 
 

Ikkuntattjana