minn Joseph Muscat

Biex uliedna jkunu aħjar minna rridu nħarsu l quddiem

Ma nistax ngħid li bħal ħafna oħrajn ma dħaktx meta nhar il-Ġimgħa wrewni l-billboard ta GonziPN. Imma possibbli xxuttaw daqshekk mill-ideat li kellhom jirrikorru għal billboard li l-Konservat-tivi Ingliżi użaw 33 sena ilu! Bħala Partit Laburista ilna ngħidu li GonziPN mgħandux ideat ġodda, imma li jmur lura għall-1979 anke għalija kienet sorpriża. Mifni bil-problemi kien, għadu u minn kif jidhru l-affarijiet hekk se jibqa.
Minkejja li qed jipprova jtawwal il-ħajja ta dan il-gvern, il-fatt jibqa li llum qisu għandna tliet Prim Ministri li mhux kollha jiġbdu l-istess ħabel.
Issa qed joħroġ kif Lawrence Gonzi jrid iħalli kontijiet għol-jin waqt li deputat tiegħu, li llum għandu saħħa daqs Prim Ministru, irid ibaxxihom. Mhemmx dubju li bxi mod jew ieħor, Lawrence Gonzi se jkun qed iraħħas il-kontijiet qabel l-elezzjoni.
Il-proposta tagħna hija ċara – inraħħsu l-kontijiet tad-dawl bmod reali u soste-nibbli u għat-tul. Din hija proposta waħda li għandna biex inqajmu l-ekonomija fuq saqajha fil-ħsieb tagħna li Gvern Ġdid se jkollu sfida importanti ħafna li joħloq xogħol dicenti. Gvern Ġdid se jkun dispost li jidħol fi sħubija sħiħa bla preċedent mas-settur privat biex ikisser il-burokrazija u jagħti l-għaj-nuna kollha ħalli joħloq xogħol ġdid. Il-messaġġ tiegħi lis-settur privat huwa li ahna lesti nieħdu deċiżjoni, kapaċi nieħdu d-deċiżjonijiet u lesti biex id-deċiżjonijiet nerfgħuhom.
Biex jirnexxilek taħdem fi klima tajba jeħtieġ li l-ewwel nett tkun iffukat fuq il-ħtiġiet tal-pajjiż. Sfortunatament bħalissa mgħandniex gvern iffukat, anzi huwa gvern mifni bi problemi interni maħluqa minn Gonzipn fejn kull ma jista jagħmel hu li jkanta diska żgarrata li ħoloq 20,000 impjieg. L-Ewropa meriet dik il-figura u qaltlu li fl-aqwa xenarju nħolqu 10,000 impjieg. Nofs dak li qed jgħid. Gonzipn għadu ma ġabx prova waħda biex imeri dak li qiegħda tgħidlu l-UE u mhux jitwemmen. Aħna lesti li noħolqu proġetti li joħolqu mijiet ta xogħol u investiment produttiv.
Il-ħolma li għandna għal dan il-pajjiż ma tistax titwettaq jekk ma jkollniex mobbiltà soċjali. Anzi, bħala moviment l-għan prinċipali tiegħu hija l-mobbiltà soċjali. Dan ifisser li trid lil uliedek aħjar minnek. Li tkun lest tagħmel kollox biex uliedek jimxu aktar minnek. Lest li jiċċaħħad, jaħdem aktar, biex lil bintu u lil ibnu jagħtuhom ċans aħjar fil-ħajja.
Aħna se nagħtu ċans lil kulħadd biex jirnexxi u jkun suċċess biex min kapaċi jasal inħalluh jasal mingħajr xkiel u min ma jirnexxilux isib lill-istat jgħinu jimxu l quddiem. L-għan tagħna hu li dak kollu li nagħmlu jkun iffukat biex uliedna jirnexxu iktar milli wasalna aħna.

joseph@josephmuscat.com