minn joseph degiorgio, Isla

Biljetti

Fi Frar li għadda kellna booking mal-Air Malta u diżgrazzjatament kellna bżonn li missierna Kelinu l-Vavett, raġel ta’ 97 sena kellu bżonn urġenti li jidħol l-isptar u ovvjamnet tlabna biex inħassru l-flight u x’inhi l-proċedura. Konna nfurmati li jew nittras-feruh jew nieħdu refund u aħna għażilna li nieħdu refund.
Wara li għal xi żmien dawn il-flus ma kinux depożitati fil-kont tagħna, aħna bdejna nagħmlu l-mistoqsijiet tagħna biex finalment sibna li kienu depożitati biss €66, jiġifieri l-flus tat-taxxi biss u mhux il-ħlas tal-biljett li kien mixtri.
Il-mistoqsija hi għaliex ma qalulniex li nieħdu biss il-flus tat-taxxi jekk nagħżlu li nieħdu refunds? Kieku konna nafu b’din il-policy konna nitolbu li jkun trasferit għal xi data oħra jew forsi jużah ħaddieħor jekk ikun possibbli u l-Air Malta tagħti din il-fakultà.
Ir-regolamenti qegħdin hemm biex ikunu osservati però nofs verità m’hi tajba għal ħadd. Nirringrazzja lil Amanda Coleiro li qaltli eżatt x’inhi l-proċedura u meta staqsejt għaliex ma tawnix din il-verżjoni, din qaltli li seta’ kien hemm xi żball, u għalija dan ifisser li nies fil-customer care ta’ kwalunkwe intrapriża, speċjalment fejn in-nies huma civil servants, għandhom ikunu aktar infurmati u eżatt fir-risposti tagħhom għall-ġid ta’ kulħadd.
Din l-ittra qed niktibha biss biex forsi jkun hemm min jiġrilu bħalna u allura jkun jaf x’għandu jagħmel.